Kafè Kolombja | Stejjer ta’ difetti sudamerikani

“X’m’iniex lest li nagħmel biex nerġa’ nara wiċċek joħroġ f’tax-xemx id-dija.”

Fil-Kolombja hemm raħal mimli żwiemel, kunventi u nies sbieħ. Hemm id-drogi, ż-żfin u Escobar. U meta t-tfajliet jagħlqu ħmistax jagħmlu festa kbira. Hemm il-kafe’. Saċerdoti u qassisin, qaddisin u ċerimonji.

Fil-Messiku hemm eluf ta’ ħofor fl-art li jafu jlaqqgħuk ma’ min għaddha għan-naħa l-oħra. Hemm il-mużika, allat Maya, Alla u hemm Frida Khalo. Hemm ir-ribelli Zapatisti u hemm ġellieda jirreċtaw b’maskra fuq wiċċhom. U hemm il-vjolenza.

L-amerika latina msaħħra b’imħabbiet u infatwazzjoni, spirti anċestrali u realiżmu maġiku li jassorbik. Għax fl-amerika latina hemm il-kulur u l-assurd, bħal m’hemm il-kiefer, reali u l-oskur.

Dawn huma rakkonti mill-Kolombja u l-Messiku. L-istejjer fittizji, ibbażati fuq difetti sudamerikani vera.  

 

 

Published: October 2024, Klabb Kotba Maltin. 

Reviews and press coverage